Fil-21 ta’ Marzu numru ta’ studenti mit-Tielet u r-Raba’ Sena pparteċipaw fil-Young Parlamentarians #ejjewniddibattu organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ. Grazzi lis-Sur Charles Micallef kif ukoll lis-Sa Jennifer Cauchi – YouthWorker tas-sessjonijiet li wasslu lill-istudenti sabiex jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi relatati mad-dibattiti.
Prosit lil kull waħda mill-istudenti ħadmu bi sħiħ b’mod kollaborattiv tant li wasslu biex għaddew għall-kwarti tal-finali. Nawgurawlhom kull suċċess għall-Ġimgħa li ġejja.