Il-Ħamis li għadda ċċelebrajna flimkien mal-istudenti tal-Ħames Sena tmiem il-vjaġġ tagħhom fl-iskola tagħna.
Kien mument tassew sabiħ li fih l-Isqof Anton Teuma, waqt quddiesa animata mill-kor tal-iskola, stqarr mall-istudenti tagħna kif ta’ kuljum nagħmlu xi eżami tal-ħajja, li dejjem għandna nkunu b’għajnejna miftuħa u nieħdu deċiżjonijiet għaqlin.
Lill-ġenituri tennielhom biex ikunu hemm għal uliedhom u ta’ kuljum isibu ħin biex jisimgħuhom. Huwa kellu kliem ta’ apprezzament għall-edukaturi.
Id-diskorsi tal-istudenti, tal-għalliema u tas-Surmast ġeddewlna diversi memorji u esperjenzi li dawn iż-żgħażagħ għexu fl-iskola tagħna.
Minn qalbna nawguraw tant imħabba, paċi u kuntentizza lil dawn uliedna li għada pitgħada se jkunu mexxejja fid-diversi oqsma tas-soċjetà tagħna.
Il-Mulej iberikkom ![]()
![]()
Anthony Grech





















