It-Temp u l-Istrumenti Assocjati Miegħu

Waħda mit-temi li qed jiġu studjati fl- Studji Ambjentali fit-Tielet Sena hija t-temp. Għalhekk, ilbieraħ kellna l-pjaċir nilqgħu fl-iskola tagħna lis-Sur Joe Meilak, li qasam l-għarfien u l-esperjenza tiegħu mal-istudenti tagħna.

Matul din is-sessjoni interessanti u informattiva, is-Sur Meilak spjega kif bdiet il-passjoni tiegħu għall-osservazzjoni u l-kejl ta’ aspetti differenti tat-temp. Huwa introduċa wkoll lill-istudenti għal diversi strumenti meteoroloġiċi, fosthom il-barometru, it-termometru u pluvjometru (ir-rain gauge), u spjega kif dawn jintużaw biex jinġabar tagħrif importanti dwar il-kundizzjonijiet tat-temp.

L-istudenti kellhom l-opportunità jistaqsu mistoqsijiet u jaraw mill-qrib dawn l-istrumenti, esperjenza li għenithom jifhmu aħjar il-kunċetti li qed jistudjaw fil-klassi.

Nirringrazzjaw lis-Sur Joe Meilak tal-ħin u d-dedikazzjoni tiegħu, u tal-kontribut siewi tiegħu fit-tagħlim tal-istudenti tagħna. 👏🌈🌧️

Share on your socials

GET IN TOUCH

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

© All rights reserved Bishop’s Conservatory Secondary School