Il-Malti fil-klassi u lil hinn

Ilbieraħ kellna l-pjaċir nilqgħu fostna lill-Prof. Immanuel Mifsud, lill-Prof. Adrian Grima u lis-Sur Luke Refalo, li indirizzaw lill-istudenti tar-Raba’ Sena f’sessjoni interessanti u informattiva dwar il-Malti u l-letteratura.

Il-Prof. Immanuel Mifsud tkellem dwar il-letteratura u spjega b’mod

ċar id-differenza bejn il-Malti litterali u dak letterarju, permezz tal-analiżi tal-poeżija Bħal Minutiera. Min-naħa tiegħu, il-Prof. Adrian Grima tkellem dwar id-Dipartiment tal-Malti fl-Università, il-korsijiet li joffri u l-opportunitajiet ta’ xogħol marbuta ma’ dan il-qasam.

Flimkien ma’ Luke Refalo, huma tkellmu wkoll dwar il-ħidma tal-Għaqda tal-Malti u l-importanza tagħha fil-promozzjoni tal-lingwa Maltija. Is-sessjoni għalqet b’introduzzjoni għas-sit dizzjunarju.mt u x-xogħol kontinwu li qed isir biex dan il-proġett ikompli jikber u jservi ta’ riżorsa siewja għal kulħadd.

Nirringrazzjaw lill-mistednin tal-ħin u l-għarfien tagħhom, u nittamaw li din l-esperjenza kompliet tħeġġeġ lill-istudenti tagħna japprezzaw aktar il-ġmiel tal-lingwa u l-letteratura Maltija. 🇲🇹📖✨

Share on your socials

GET IN TOUCH

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

© All rights reserved Bishop’s Conservatory Secondary School