Niċċelebraw lil San Martin ![]()
Ġewż, lewż, qastan, tin. Kemm inħobbu lil San Martin. Żgur li aħna l-adulti nafuha din it-taqbila!
Illum waqt l-Assemblea, Dun Brian tkellem mal-istudenti tal-Form 1, dwar min hu San Martin u kif dan qasam il-mantell tiegħu ma’ wieħed fqir. L-istudenti ngħataw santa tal-qaddis b’talba flimkien ma’ borża biex jaqsmuha ma’ ħaddieħor.
Mhux biss imma l-Kunsill tal-Istudenti tal-Iskola ħarġu bl-inizjattiva biex matul din il-ġimgħa jinġabru prodotti ta’ ikel u ħasil biex jingħataw lil Caritas Gozo





