ADHD TALK

Illum l-istudenti u l-edukaturi fl-iskola tagħna libsu l-oranġjo biex noħolqu kuxjenza dwar id-dijanosi tal-ADHD. Apparti minn hekk, grazzi kbira għall-edukatriċi s-Sa Annabelle Vella, stedinna fl-iskola lis-Sur Claude Agius , kant-awtur magħruf ukoll bħala IL-LAPES, flimkien mas-sieħba tiegħu s-Sa Nadine. L-istudenti tal-kunsill tal-iskola għamlulu intervista sabiex insiru nafuh aħjar. Hu tkellem dwar l-esperjenza personali tiegħu bħala persuna bl-ADHD minn xiex għadda, x’ħass u kif bil-mod il-mod ħadem fuqu nnifsu bl-għajnuna ta’ professjonisti u beda jirnexxielu jegħleb ċertu ostakli. Ma naqasx li jkantalna waħda mid-diski tiegħu. Nirringrazzjawh mill-qalb tal-ħin li ddedika għalina. Żgur li ħalla impatt pożittiv!

Share on your socials

Share on facebook
Share on twitter
Share on whatsapp
Share on email

GET IN TOUCH

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

© All rights reserved Bishop’s Conservatory Secondary School