Carmel G. Cauchi

Taħdita minn Carmel G. Cauchi lill-istudenti tat-Tieni Sena 📚

Illum fl-iskola lqajna lill-awtur Carmel G. Cauchi li qasam magħna aspetti differenti minn ħajtu. Cauchi mexxiena l-mixja ta’ ħajtu minn tfulitu sal-lum. Dewwaqna ftit mil-ħajja tal-imgħoddi u messejna ma’ tradizzjonijiet ħelwin u sempliċi.

Imxejna l-mixja tal-awtur u l-ewwel pubblikazzjonijiet tal-kotba tiegħu. Kellimna wkoll fuq l-istili li kiteb – stejjer umoristiċi ta’ Pietru Pitravu għal Betta Trumbetta għal stejjer qosra, avventuri u fantastejjer. Kotba li żgur iltqajna magħhom fi tfulitna!

Enfasizza kif permezz ta’ kitbietu dejjem ipprova jwassal xi tagħlima. Uriena li l-karattri tal-istejjer tiegħu nistgħu nqabbluhom ma’ esperjenzi personali tagħna lkoll!

Tkellem ukoll dwar📝 il-limerikki fejn huma mmirati biex inisslu tbissima imma wkoll b’vokabolarju Malti mżewwaq.

Iltqajna wkoll mal-illustratur Frank Schembri 🖌️ li jpaxxina bit-talent artistiku fejn nkunu nistgħu nimirħu fl-immaġinazzjoni tagħna. Is-Sur Schembri jirrakkonta l-mixja artistika tiegħu u l-opportunitajiet li kellu. Huwa enfasizza dwar il-ħidma kollaborattiva ta’ bejnu u bejn l-awtur u t-tipi ta’medja li juża għall-illustrazzjonijiet tiegħu.

Il-ħbiberija ta’ bejn l-awtur u l-illustratur tgħinna napprezzaw aktar ix-xogħol tagħhom.

Fl-aħħar iffirmaw il-kotba ta’ wħud mill-istudenti.

Share on your socials

GET IN TOUCH

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

© All rights reserved Bishop’s Conservatory Secondary School