Bħala skola llum kellna l-privileġġ li nilqgħu magħna lill-President tal-Parlament Ewropew Dr. Roberta Metsola. Fit-taħdita tagħha mal-istudenti spikka l-fatt li bħala mara xejn ma kien faċli li waslet fejn waslet, madankollu saħqet u inkoraġġixxiet lill-istudenti biex ma jaqtgħu qalbhom qatt, joħolmu u jaħdmu biex iwettqu l-ħolm tagħhom. Spjegat li anke hi għaddiet minn żmien fejn l-affarijiet ma marrux kif xtaqet hi, imma r-rieda u d-determinazzjoni tagħha wassluha fejn hi llum.