Illum l-istudenti tar-Raba’ Sena kellhom l-opportunità li jżuru xi postijiet ta’ interess ġewwa l-Belt Valletta. Ingħataw informazzjoni dwar kif il-Kavallieri ġew jgħixu hawn Malta u taw ħajja lill-Belt Valletta bil-bini li bnew. Grazzi għas-Sa Joanne Vella, li bħala gwida, tatna informazzjoni tassew rikka waqt li mxejna matul it-toroq tal-Belt. Żgur li dak li l-istudenti qed jitgħallmu waqt is-suġġett tal-Environmental Studies setgħu jarawh u jifhmuh aktar.
Żorna wkoll il-Mużew tal-Arkeoloġija fejn is-Sa Josianne Zammit spjegat ukoll dwar il-fdalijiet li ttieħdu f’dan il-Mużew mill-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u mit-Tempji ta’ Ħal Tarxien.
Wara dħalna wkoll il-Parlament fejn ingħataw informazzjoni fuq l-Istorja tal-Parlament Malti.