Il-Ġimgħa tal-Librerija

Matul il-Ġimgħa tal-Librerija, l-attività Iltaqa’ mal-Awturi offriet esperjenzi sbieħ u varjati lill-istudenti tagħna. L-istudenti tal-Form 1 iltaqgħu ma’ Francesco Pio u Dun Renato Borg, li qasmu magħhom tagħrif dwar l-Isqof Nikol Cauchi u l-kontribut tiegħu għall-komunità Għawdxija u għall-iskola tagħna. Il-Form 2 iltaqgħu ma’ Carm Cachia, li tkellem dwar l-imħabba tiegħu lejn il-kotba u l-Istorja ta’ Għawdex, b’eżempju mill-isbaħ mill-ktieb tiegħu Il-Ħolma Għawdxija. Barra minn hekk, l-istudenti tal-Form 3 iltaqgħu mar-rapper Il-Lapes, fejn offra lezzjoni tal-Malti b’differenza li għenet lill-istudenti jifhmu aħjar it-temi u l-emozzjonijiet fil-poeżija protesta Ħitan tas-Sejjieħ. Tul il-ġimgħa kien hemm ukoll fiera tal-kotba fejn l-istudenti kellhom l-opportunità jixtru u jiskopru kotba ġodda. Illum, it-23 ta’ April, qed niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb, okkażjoni sabiħa biex inkomplu nkabbru l-imħabba lejn il-qari u l-għarfien fost l-istudenti tagħna.

Share on your socials

GET IN TOUCH

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

© All rights reserved Bishop’s Conservatory Secondary School