Ilbieraħ kellna l-pjaċir nilqgħu fostna lill-Prof. Immanuel Mifsud, lill-Prof. Adrian Grima u lis-Sur Luke Refalo, li indirizzaw lill-istudenti tar-Raba’ Sena f’sessjoni interessanti u informattiva dwar il-Malti u l-letteratura.
Il-Prof. Immanuel Mifsud tkellem dwar il-letteratura u spjega b’mod
ċar id-differenza bejn il-Malti litterali u dak letterarju, permezz tal-analiżi tal-poeżija Bħal Minutiera. Min-naħa tiegħu, il-Prof. Adrian Grima tkellem dwar id-Dipartiment tal-Malti fl-Università, il-korsijiet li joffri u l-opportunitajiet ta’ xogħol marbuta ma’ dan il-qasam.
Flimkien ma’ Luke Refalo, huma tkellmu wkoll dwar il-ħidma tal-Għaqda tal-Malti u l-importanza tagħha fil-promozzjoni tal-lingwa Maltija. Is-sessjoni għalqet b’introduzzjoni għas-sit dizzjunarju.mt u x-xogħol kontinwu li qed isir biex dan il-proġett ikompli jikber u jservi ta’ riżorsa siewja għal kulħadd.
Nirringrazzjaw lill-mistednin tal-ħin u l-għarfien tagħhom, u nittamaw li din l-esperjenza kompliet tħeġġeġ lill-istudenti tagħna japprezzaw aktar il-ġmiel tal-lingwa u l-letteratura Maltija. ![]()
![]()
![]()




























