Waħda mit-temi li qed jiġu studjati fl- Studji Ambjentali fit-Tielet Sena hija t-temp. Għalhekk, ilbieraħ kellna l-pjaċir nilqgħu fl-iskola tagħna lis-Sur Joe Meilak, li qasam l-għarfien u l-esperjenza tiegħu mal-istudenti tagħna.
Matul din is-sessjoni interessanti u informattiva, is-Sur Meilak spjega kif bdiet il-passjoni tiegħu għall-osservazzjoni u l-kejl ta’ aspetti differenti tat-temp. Huwa introduċa wkoll lill-istudenti għal diversi strumenti meteoroloġiċi, fosthom il-barometru, it-termometru u pluvjometru (ir-rain gauge), u spjega kif dawn jintużaw biex jinġabar tagħrif importanti dwar il-kundizzjonijiet tat-temp.
L-istudenti kellhom l-opportunità jistaqsu mistoqsijiet u jaraw mill-qrib dawn l-istrumenti, esperjenza li għenithom jifhmu aħjar il-kunċetti li qed jistudjaw fil-klassi.
Nirringrazzjaw lis-Sur Joe Meilak tal-ħin u d-dedikazzjoni tiegħu, u tal-kontribut siewi tiegħu fit-tagħlim tal-istudenti tagħna. ![]()
![]()
![]()







