Dawn l‑aħħar ġimagħtejn fl‑iskola tagħna kellna diversi attivitajiet marbuta ma’ Jum Il‑Ktieb fosthom taħditiet minn diversi kelliema.
Fost il‑kelliema mistiedna kellna lil:
Is-Sur Francesco Pio Attard li indirizza lill‑istudenti tal‑Ewwel Sena dwar l‑awturi Għawdxin;
Is-Sur Carm Cachia li indirizza lill‑istudenti tat‑Tieni Sena dwar l-istili differenti ta’ kitba kreattiva bħalma huma l-argumentattiv, id-deskrittiv, ir-riflessiv u n-narrattiv;
Is-Sur Trevor Zahra li indirizza lill‑istudenti tar‑Raba’ Sena fejn enfasizza fuq l‑importanza tal‑qari u l‑ippjanar tal-kitba. Dawn huma żewġ komponenti essenzjali fil‑proċess tal‑kitba, speċjalment jekk trid tikteb b’mod effettiv, ċar u organizzat.




