Bi pjaċir illum lqajna fl-iskola tagħna lill-Eċċelenza Tagħha l-Ambaxxattriċi tar-Repubblika tal-Irlanda, is-Sa Caroline Whelan u d-Deputy, is-Sa Aisling Kearn.
Hija indirizzat lill-istudenti tar-Raba’ Sena fejn qasmet magħhom x’jinvolvi x-xogħol ta’ ambaxxatur, esperjenzi li għaddiet minnhom u fuq kollox saħqet kif il-karriera u l-familja għandhom imorru id f’id u mhux tikkonċentra fuq il-karriera u twarrab il-familja jew viċe-versa.




