Dalgħodu stedinna lill-Eċċellenza Tagħha l-President Emeritu Mary Louise Coleiro Preca, f’isem The Malta Trust Foundation, sabiex nippreżentaw ċekk bil-qligħ mill-Bake Sale li sar f’Marzu, organizzat mill-Kunsill tal-Istudenti fl-iskola tagħna.
Hija rringrazzjat lil kull min ta sehmu f’din l-attività. Tkellmet ukoll dwar kemm hu sabiħ li dejjem naħsbu f’ħaddieħor u li nħobbu lil xulxin.



