PREMJU TAL-FIDDA GĦALL-KUNSILL TAL-ISTUDENTI TAGĦNA!
Il-Kunsill tal-Istudenti tal-iskola tagħna llum kiseb il-Premju tal-Fidda fl-Iskema ta’ Rikonoxximent għall-Iżvilupp tal-Kunsilli tal-Istudenti (SCDA) 2025/2026, organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ! ![]()
Ir-rappreżentanti tagħna ngħaqdu ma’ studenti minn skejjel oħra biex jaqsmu l-ideat tagħhom u ddiskutew kif l-vuċi tagħhom tista’ tkun iktar mismugħa u taw eżempji konkreti ta’ kif dan għandu jintlaħaq. Il-kontribut tagħhom se jitwassal dirett għand id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (EU Youth Dialogue), biex il-vuċi taż-żgħażagħ tinstema’ wkoll fuq livell Ewropew! ![]()
Prosit lill-Kunsill tal-Istudenti tagħna għal dan ir-rikonoxximent tant mistħoqq, li jirrifletti d-dedikazzjoni, il-ħidma f’tim u l-impenn tagħhom biex jagħmlu differenza! ![]()






