Dalgħodu l-Isqof Anton Teuma ċċelebra quddiesa għall-membri kollha tal-iskola. Imnebbaħ mill-Vanġelu tal-lum “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 15, 12), l-Isqof tenna jgħidilna li l-imħabba hija l-iktar valur importanti li mingħajru ma nistgħux ngħixu.
Sabiex niċċelebraw lil Ommna Marija f’dan ix-xahar ta’ Mejju, lejn tmiem il-quddiesa rreċitajna flimkien talba sabiħa lill-Madonna.







