Ras ir-Randan

Illum il-membri kollha tal-istaff tal-iskola tagħna għexna esperjenza spiritwali li daħlitna għal dan iż-żmien qaddis tar-Randan.

Inġbarna ċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb fejn l-ewwel smajna l-kelma tar-Ragħaj Spiritwali tad-Djoċesi, Dun Anton Teuma, li għenna nidħlu fil-profond ta’ Salm 23. Wara għamilna l-esperjenza tal-Prayer Spaces b’temi ta’ tiġdid spiritwali interjuri.

Wara waqfa qasira, Fr Noel Debono mexxa Servizz Penitenzjali li kien jinkludi qrar u Adorazzjoni.

Dan in-nofstanhar ta’ filgħodu ħeġġiġna sabiex infittxu li nidħlu f’intimità ma’ Ġesù.

Wara nofsinhar, Fr Jean Govè għenna nkomplu niskopru d-dinja tal-AI.

Nirringrazzjaw lil Alla għal dan il-jum li għaqqadna bejnietna u ma’ Ġesù.

Share on your socials

GET IN TOUCH

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

Bishop’s Conservatory Secondary School

Archbishop Pietru Pace Street

Victoria VCT 2503

Gozo

© All rights reserved Bishop’s Conservatory Secondary School