Illum bi pjaċir ilqajna ġewwa l-iskola tagħna l-President tar-Repubblika ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, bħala parti minn L-istrina BOV Piggy Bank Campaign. L-E.T spjegat lill-istudenti kemm hu importanti li nħarsu lil hinn minna nfusna u li noffru l-għajnuna tagħna lil min hu fil-bżonn. Aċċennat ukoll dwar kemm hu essenzjali li nkunu persuni ddixxiplinati, u li niskopru, niżviluppaw u nużaw it-talenti tagħna għall-ġid tagħna u tal-oħrajn.